Il-pożizzjoni ta’ Malta kontra l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea flimkien mal-importanza tal-aċċess għall-fondi għall-kumpaniji żgħar u medji kienu fuq l-aġenda ta’ konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Henri Malosse, il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea fi tmiem laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku, l-MCESD.
Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-membru Malti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Unjoni Ewropea Stefano Mallia li enfasizza l-pożizzjoni ta’ Malta li ma taqbilx li s-sistemi ta’ tassazzjoni fl-UE jkunu armonizzati u allura jiġu kollha l-istess.
Il-President Henri Malosse enfasizza din il-pożizzjoni u qal li l-UE tħalli d-deċiżjonijiet dwar is-sistemi ta’ tassazzjoni f’idejn il-pajjiiż membri u ma timponix sistemi ta’ tassazzjoni interni fl-Istati Membri. Malosse esprima pożizzjoni favur din it-tip ta’ flessibbilta fis-sistemi ta’ tassazzjoni fl-UE.
Dwar l-importanza ta’ għajnuna u iktar aċċess għal finanzjament fil-kuntest tan-negozji żgħar u medji, il-President Malosse qal li hu element mill-iktar importanti fl-iżvilupp tal-UE u li hu ferm importanti fl-iżvilupp tal-ekonomija.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet kienet itrattata wkoll il-problema tal-immigrazzjoni rregolari fejn Stefano Mallia qal li jeħtieg li jkun hemm soluzzjonijiet differenti għaliex is-sistema prezenti qed tfalli fil-kuntest ta’ kulħadd kemm tal-UE kif ukoll tal-immigranti u l-pajjiżi milquta minn din il-problema.
//= $special ?>