BIRKIRKARA………………….1
HIBERNIANS………………….2
Birkirkara: A. Murcia, K. Zammit, A. Mendoza, M. Bissi, T. Vella, R. Scicluna, P. Fenech, G. Sciberras, R. Camenzuli, Z. Muscat
Sost: I. Atkpani, R. Gatt Deraffaele, N. Vukanac, L. Omerou, E. Agius, A. Curmi, J. Zerafa
Hibernians: J. Borg, T. Tabone Desira, R. Gomes Da Garcia, J. Pearson, B. Muscat, Z. Levnaic, B. Kristensen, J. Bezzina, A. Cohen, C. Failla, C. Alarcon
Sost: D. Balzan, K. Tanti, B. Imole, T. Caruana, A. Azzopardi, I. Wisdcom, J. Degabriele
Skorjaw: C. Alarcon 37, C. Failla 56 pen, E. Agius 62
Referee: A.M. Sant
Hibernians kisbu l-ewwel rebħa fil-Euro Cup meta għelbu lil B’Kara 2-1 u pattew għat-telfa li ġarrbu kontra Sliema.
Il-Karkariżi ma kienu jisirqu xejn li kieku ħadu mqar draw għaliex iddettaw il-logħob għal ħinijiet twal anke jekk ftit kienu perikolużi. Magħhom iddebutta wkoll Edmund Agius li ħadu mingħand Valletta.
Hibs iddefendew bil-għaqal fejn spikkaw Rui Da Garcia u Pearson waqt li Levnaic reġa’ ta prestazzjoni solida.
Kienu Hibs li fetħu l-iskor kontra x-xejra tal-logħob minn daqqa ta’ ras ta’ CHENDO ALARCON fis-37 minuta.
Il-Karkariżi ħarġu aktar determinati wara l-mistrieħ imma għal darb’oħra kienu Hibs li skorjaw minn penalty meta freekick ta’ Failla deher jiġi mxellef bl-idejn u r-referee Alan Mario Sant ipponta l-penalty spot. Mill-11-il metru CLAYTON FAILLA ma falliex.
Mas-siegħa logħob Edmond Agius fetaħ mal-linja lejn is-sostitut Omeru li xeħet xutt cross fil-baxx, Terence Vella ma laqatx tajjeb imma l-istess EDMOND AGIUS li segwa l-azzjoni ddebutta bil-gowl tal-bandiera.
Għaxar minuti mit-tmiem il-Karkariżi kellhom ċans tad-deheb li jġibu d-draw meta ngħataw penalty għal handsball ta’ Kristensen imma l-gowlkiper Balzan salva tajjeb ix-xutt fjakk ta’ Terence Vella mill-11-il metru.
//= $special ?>

