Lokali

Il-Kumitat tas-Sigurtà sa fl-aħħar se jitlaqqa’

L-aħħar laqgħa saret f’Ġunju tas-sena l-oħra fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Kumitat dwar is-Sigurtà mistenni jitlaqqa’ fl-ewwel jiem ta’ Lulju. Din il-wegħda għamilha l-Ministru Manwel Mallia waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet fil-Parlament fil-bidu tas-seduta tal-bieraħ filgħaxija.

Il-Ministru Manwel Mallia ġie mitlub mid-Deputat Laburista Marlene Farrugia, jagħti informazzjoni dwar tapping ta’ telefonati. Il-Ministru Mallia qal li din l-informazzjoni tingħata lill-Kumitat dwar is-Sigurtà mwaqqaf skont il-liġi li se jitlaqqa’ dalwaqt.

Simon Busuttil, il-Kap tal-Oppożizzjoni, staqsa lill-Ministru meta mistenni jitlaqqa’ dan il-kumitat peress li l-aħħar laqgħa tiegħu saret f’Ġunju tas-sena l-oħra fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu.

Il-Ministru Mallia qal li l-Kumitat mistenni jitlaqqa’ fl-ewwel jiem ta’ Lulju.