Il-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Imħallef Tonio Mallia għandhom konflitt ta’ interess fuq każijiet li huma jiddeċiedu fuq kull fejn hija involuta l-Universita’ ta’ Malta minħabba li huma lecturers u eżaminaturi ta’ l-istess organiżżaturi, qalet koppja f’każ li hija fetħet fil-Qorti.
Carmel u Mary Stivala, qalu li huma tilfu kawża ċivili fejn kien ġie dikjarat li huma m’għandhom l-ebda titlu fuq biċċa art ġewwa l-Imsida, u kienu ordnati jħallun l-propjeta’ fi żmien xahar. L-Universita kienu involuta fil-każ.
Wara li kien sar appell, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, l-Imħallef Tonio Mallua, u l-Imħallef Joseph Azzopardi kienu ġew appuntati biex jisimgħu l-każ.
Fl-20 ta’ Mejju, l-Appell kien differit għas-sentenza mingħajr ma saru l-ebda sottomissjonijiet u dan wara applikazzjoni li saret biex l-istess Imaħħlfin ma jaċċettawx li jisimgħu l-każ, u li l-istess każ jerġa’ jiġi appuntat minħabba kubnflitt ta’ interess.
Il-koppja qalet li teżisti sitwazzjoni fejn huma kienu qegħdin jisimgħu każ filgħodu u wara nofs inhar jagħtu “lectures” l-Universita’. Fil-każwa li huma għamlu fil-Qorti Kostituzzjonali, il-koppja argumentat li d-drittijiet umani tagħhom kienu ġew mittiefsa u minħabba f’hekk għandhom jingħataw rimedju biex tirranġa s-sitwazzjoni. L-Avukat Malcolm Mifsud iffirma l-kawża.
//= $special ?>
