Ir-relazzjoni bejn is-settur ekonomiku u dak edukattiv kienet imsaħħa b’aktar sħubija bejn l-MCAST u kumpaniji ewlenin lokali fis-settur tat-teknologija tal-informazzjoni.
Fil-fatt numru ta’ kumpaniji investew f’apparat li ngħata lill-MCAST bl-iskop li l-istudenti tat-teknoloġija tal-informatika jkunu jistgħu jtebju l-ħiliet tagħhom.
Jirriżulta li bħalissa fl-MCAST hemm iktar minn 1000 student li qed jistudjaw it-teknologija tal-informazzjoni.
B’rikonoxximent lejn l-appoġġ li dawn is-setturi privati qed jagħtu lill-MCAST, it-tmexixja tal-Istitut ippreżentat ċertifikati ta’ rikonoxximent lil dawn il-kumpaniji.
Bhalissa l-MCAST qed iħejji biex jilqa’ numru numru ta’ studenti ġodda li fis-sena skolastika li jmiss se jkunu qed jibdew jew ikomplu l-istudji tagħhom f’dan l-Istitut, li fl-aħħar snin żviluppa f’wieħed ta’ importanza kbira fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-istudenti Maltin li jagħżlu karriera vokazzjonali.
//= $special ?>