Żagħażugħ ta’ 18-il-sena spara len iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira biex jolqot it-televiżjoni tal-istess Ċentru li kien qed juri l-partit Italja kontra Costa Rica għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li qed issir fil-Brażil.
John Junior Pace, mill-Gżira, fejn huwa spara lejn tieqa taċ-Ċentru tas-Saħħa minn fuq il-bejt tad-dar tiegħu. Hu ma laqat xejn u ħadd ma’ weġġa fl-inċident li seħħ ftit qabel tmiem il-partita għall-ħabta tat-7.40p.m. ta’ nhar il-ġimgħa.
Huwa kien immultat €700 mill-Qorti wara li ammetta li spara “airgun” minn madwar 200 metru minn triq prinċipali u abitata. Sorsi qalu lill-Pulizija dwar l-inċident minn wieħed mill-gwardjani li jkunu għassa fiċ-Ċentru tas-Saħħa fi Triq Belvedere.
Meta uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post huma sabu skartoċċ tal-metall ma’ l-art fis-sala ta’ stennjija tal-ġinekoloġija u qasma f’bieb tal-aluminium. Minn dawn il-marki l-investigaturi forensicċi ikkonkludew li r-“rifle” ġie sparat minn pożizzjoni għolja.
Saret tfittxija fid-dar taż-żagħażugħ fejn instabet arma tan-nar tal-marka BSA Meteor, flimkien ma’ madwar 40 skartoċċ idetiku ta’ dak li ġie sparat lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa. Sar magħruf ukoll li sid ir-“rifle” huwa missier John Pace, li kien xtrah madwar xahar qabel.
L-Avukat Jason Grima qal lill-Maġistrat Audrey Demicoli li l-klijent tiegħu kien qed jipprova l-arma tan-nar għall-ewwel darba u ddispjaċih għal dak li għamel, u li ma kienx qed jipprevedi li jagħmel xi ħsara jew lin jweġġa’ lil xi ħadd. L-Ispettur Jason Francis Sultana mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>
