Anzjan jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ tard filgħaxija waqa’ t-taraġ fi blokka ta’ appartamenti fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.45pm meta r-raġel, li għandu 68 sena, waqa’ fil-blokka ta’ appartamenti li jinsabu fi Triq l-Oratorju.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li tah l-ewwel għajnuna medika fil-post qabel ma r-raġel ittieħed l-Isptar. Hemm, hu ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika u fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>