L-eliminazzjoni bikrija tal-Italja mit-Tazza tad-Dinja diġa` bdiet tħalli effett qawwi fuq it-tim nazzjonali Taljan minuti biss wara t-telfa kontra l-Urugwaj.
Fil-konferenza wara l-partita il-kowċ Cesare Prandelli, minkejja li ġedded il-kuntratt qabel beda t-turnament, ħabbar b’mod dirett li kien qed jirriżenja mill-kariga.
“Nerfa’ r-responsabbilta` kollha. Min meta ffirmajt il-kuntratt inbidel xi ħaġa. Tfajt il-fiduċja tiegħi u l-pjan ta’ ħidma ma ħadimx. Żbaljajt u għalhekk inħoss li għandi nirriżenja,” qal Prandelli.
Eżatt warajh anke l-President tal-FIGC Giancarlo Abete ħabbar li kien qed jirriżenja mill-kariga u qal li din id-deċiżjon kien diġa` ħadha qabel beda t-turnament.
Madankollu Abete qal li r-riżenja ta’ Prandelli se tkun diskussa fil-Kunsill tal-FIGC li se jiltaqa’ bejn il-:imgħa u t-Tnejn fejn se jiġi deċiż jekk tiġix aċċettata jew le.
//= $special ?>

