Futbol Sport

Filmat: Imut il-plejer Niġerjan Basil Chibueze

Miet il-plejer Niġerjan Basil Chibueze, li għal dawn l-aħħar snin kien jilgħab f’pajjiżna. Chibueze kien jilgħab ma’ Marsa, Santa Luċija, Żebbuġ Rovers u Xewkija Tigers, fost oħrajn. Fl-istaġun li ġej hu kien se jilgħab għal Mqabba FC.

Chibueze miet għall-għarrieda fl-età ta’ 25 sena. Jidher li l-plejer, li ftit ilu akkwista wkoll iċ-Ċittadinanza Maltija, miet kawża ta’ attakk tal-qalb. Ħuh, Ikechukwu Chibueze, kien miet fl-2006 f’ċirkostanzi simili. Hu kien jilgħab għal Mqabba FC.

Sadanittant, fuq Facebook, Paġna tal-partitarji ta’ Xewkija Tigers iddedikat filmat biex issellem lil Chibueze. Fil-filmat, l-amministraturi tal-Paġna fakkru fil-memorji li l-plejer Niġerjan se jħalli f’moħħ il-partitarji tat-Tigers, meta skorja disa’ gowls fl-istaġun 2009/10.