Matul il-preżentazzjoni tal-mozzjoni, il-Ministru Owen Bonnici qal li din kienet l-ewwel darba li ma kinex hemm telf fl-operat ta’ Heritage Malta iżda qal li ma mhux jistenna li dan se jkun ripetut matul is-sena li ġejja. Hu qal li filwaqt li se jinfetaħ sit ġdid, se jingħalqu s-siti tal-Ipoġew u t-Tempji ta’ Ħal Tarxien biex isiru r-ristrutturazzjonijeit li hemm bżonn.
Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech appella biex fejn jidħol żvilupp, ikun ċar li ma jinħarġux permessi fejn hemm possibbilta’ li ssir ħsara lill-wirt kulturali. Hu għamel diversi mistoqsijiet dwar pjani li hemm għall-futur u talab ukoll li jkunu indikati termini ta’ żmien meta dawn il-proġetti se jitwettqu.
Francis Zammit Dimech esprima tħassib dwar proġetti li kienu ppjanati mill-amministrazzjoni preċedenti u waqgħu lura. Semma fost oħrajn it-Tempji ta’ Ħal Tarxien, il-katakombi ta’ San Pawl u l-banjijiet Ruman f’Għajn Tuffieħa. Esprima wkoll is-sodisfazzjon tiegħu għall-proġett Muża biex il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jkun trasferit lejn il-Berġa tal-Italja.
Id-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi tkellem dwar il-wirt storiku f’Għawdex. Hu rrefera għax-xogħol estensiv li sar fiċ-?ittadella Għawdex fost siti oħra storiċi. Radd ħajr lill-għaqda volontarja Wirt Għawdex li kienet strumentali biex sar f’diversi siti.
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li filwaqt li hu tajjeb li jkun apprezzat u mħares il-passat, hemm wirt ieħor li għandu jingħata importanza bħalma huma l-arti, t-teatru u ż-żfin. Claudette Buttiġieg appellat ukoll biex jitqanqal aktar interess fl-istorja ta’ pajjiżna meta niġu biex infakkru l-ġrajjiet tal-imgħoddi.
Id-Deputat Nazzjonalista ħeġġet ukoll biex ikun hemm aktar riċerka biex ikun imħares ukoll wirt ieħor li għandu pajjiżna bħalma hu l-ikel tipiku Malti, il-kostumi Maltin, strumenti antiki u affarijiet oħra tradizzjonali. Hu b’dan il-mod li jista’ jitwettaq il-motto ta’ Heritage Malta jiġifieri biex ikun assikurat il-passat għall-futur.
Il-Ministru Owen Bonnici qal li għalkemm minħabba l-proċedura politika parlamentari se jkun hemm vot maqsum dwar l-estimi, hu ma għandu l-ebda dubju li l-Parlament hu magħqud b’mod sħiħ favur il-ħarsien tal-wirt storiku u tal-patrimonju Malti.
Fi tmiem is-seduta kienu approvati wkoll l-estimi tal-Awtorita’ tat-Turiżmu u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
//= $special ?>