Lokali

Il-President tal-MNPN f’laqgħa mal-EUW

Fil-jiem li għaddew, Marion Pace Asciak, il-President tal-MNPN attendiet laqgħa tal-European Union of Women (EUW) li saret fil-Parlament Ewropew fi Brussel.

Marion Pace Asciak iltaqgħet mal-presidenti tal-movimenti tan-nisa mill-Ewropa kollha, inkluż pajjiżi li m’humiex membri fl-UE bħall-Iżvizzera u n-Norveġja. L-EUW hi organizzazzjoni internazzjonali li tiġbor fiha nisa ta’ viżjoni u ta’ twemmin politiku simili għal dak tal-Partit Nazzjonalista tant li l-presidenti huma wkoll membri tan-Nisa tal-Partit Popolari Ewropew.

Fost it-tmei diskussi kien hemm l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru f’Mejju u l-qagħda politika fil-pajjiż ta’ kull president preżenti. Saret ukoll diskussjoni dwar is-sitt kummissjonijiet internazzjonali tal-EUW li jitrarraw id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Politika Internazzjonali, Europe Alive, l-Iżvilupp Sostenibbli, l-Edukazzjoni u x-Xogħol u s-Saħħa u l-Affarijiet Soċjali. L-MNPN għandu membru jew tnejn f’kull waħda minn dawn il-kummissjonijiet.

Elisabeth Morin-Chartier, il-President tal-EUW li hi wkoll Deputat fil-Parlament Ewropew tkellmet ma Marion Pace Asciak dwar ir-rwol importanti li kellu il-Kap tal-PN Simon Busuttil bħala MEP u kellha wkoll kliem ta’ tifħir għax-xogħol tiegħu. Hi write ukoll sodisfazzjon għall-fatt li l-Partit Popolari Ewropew, permezz ta’ Malta, żied siġġu bit-tilet siġġu li rebaħ il-PN.

Ix-xahar id-dieħel, Marthese Fenech, membru ieħor tal-MNPN se tattendi Summer Accademy organizzat mill-EPP fil-Ġermanja dwar kif in-nisa qed iġeddu x-xejriet tas-suq tax-xogħol.