Internazzjonali

Ingħatat il-piena tal-mewt għax m’għadhiex Musulmana … meħlusa … u arrestata mill-ġdid

Mara li f’Mejju li għadda ngħatat il-piena tal-mewt minn Qorti fis-Sudan għax ma baqgħetx tħaddan il-reliġjon Iżlamika, inħelset mill-ħabs wara li d-deċiżjoni oriġinali nbidlet mill-Qorti tal-Appell. Madankollu, rapporti fil-media internazzjonali qalu li l-mara, Meriam Ibrahim, reġgħet ġiet arrestata ftit wara fl-Ajruport ta’ Khartoum.

Minn dan l-Ajruport, hi kienet mistennija titlaq mill-pajjiż lejn l-Istati Uniti flimkien mal-familja tagħha. Ibrahim kienet iżżewġet raġel Nisrani u ngħatat is-sentenza tal-mewt wara li nsistiet li ma tiċħadx ir-Reliġjon Nisranija. Fil-perjodu li damet il-ħabs, hi welldet ukoll tarbija.