L-IRAQ:- Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, John Kerry, qal li l-għaqda reġjonali tħoll u torbot għall-isforzi tal-Iraq biex ikeċċu lill-militanti Sunniti tal-grupp ISIS (Stat Iżlamiku tal-Iraq u l-Levant) li sallum ħatfu diversi bliet Iraqin tat-Tramuntana u l-Punent.
Intant, Kerry, li kien qed jitkellem mal-Mexxejja Kurdi fil-belt ta’ Irbil, qal li ma teżistix soluzzjoni militari għat-theddida ta’ ISIS u spjega dwar il-ħtieġa ta’ ‘Gvern Iraqi ġdid’ li jagħti l-poter xieraq lin-nies fil-komunitajiet li llum huma ddominati mill-istess militanti li huma msieħba mal-moviment Al-Qaida.
Kerry tenna, waqt intervista mal-Istazzjon BBC, li kull pajjiż fir-reġjun għandu jieħu r-responsabblita biex jikkonfronta u jkeċċi lill-militanti tal-ISIS għaliex ħadd ma jaċċetta li grupp terroristiku jista’ jaħtaf it-territorju u jisfida l-leġittimita tal-Gvernijiet.
Hu enfasizza l-ħtieġa għal soluzzjoni politika li tagħti saħħa akbar lir-residenti fl-artijiet okkupati mill-ISIS filwaqt li wissa li dan l-impenn jeħtieġ ‘strateġija kompluta’.
Wara li kkonkluda jumejn ta’ taħditiet f’Bagdad u Irbil, Kerry qal li japprezza s-sens tal-urġenza fost l-Iraqin li huma impenjati biex jikkonfrontaw il-kriżi u meta l-militanti tal-ISIS, bħalissa, qed javvanzaw minn zona għall-oħra tal-Iraq. Il-militanti qalu wkoll li issa rnexxielhom ‘jaħtfu kontroll sħiħ’ tar-raffinerija taż-żejt ewlenija fl-inħawi ta’ Baiji, lejn it-Tramuntana ta’ Bagdad.
Ir-rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tad-drittijiet umani jinsabu fl-Iraq, bħalissa, u fejn irrappurtaw li ‘fix-xahar ta’ Ġunju biss’ inqatlu talanqas 1,075 persuna (il-maġġoranza tagħhom ċivili) f’dan il-pajjiż. In-NU sostniet li ċ-ċifri jridu jitqiesu bħala ‘l-minimu assolut’, u meta ħafna mill-maqtu
//= $special ?>

