GRUPP D
ITALJA…………………..0
URUGWAJ……………..1
Italja> Buffon, Barzagli, Bonucci, Chiellini, Darmian, Verratti (Motta 75′), Pirlo, Marchisio, De Sciglio, Immobile (Cassano 71′), Balotelli (Parolo 46′)
Urugwaj> Muslera, Gimenez, Godin, A Pereira (Stuani 63′), Gonzalez, Arevalo Rios, Rodriguez (Ramirez 78′), Caceres, Lodeiro (Pereira 46′), Suarez, Cavani
Tkeċċa> Marchisio (I)
Imwissija> Balotelli, De Sciglio (I), Arevalo, Muslera (U)
Skurjaw> Godin 81′ (U)
Referee> Marco Rodriguez (MES)
L-Urugwaj ibbukkjaw post fil-fażi tal-aħħar 16 u fl-istess ħin eliminaw lill-Italja mit-Tazza tad-Dinja meta rebaħ 1-0 f’logħba fejn it-Taljani lagħbu għal ħin nofs siegħa b’10 plejers wara li tkeċċa l-midfielder Claudio Marchisio.
Kif kien mistenni l-Italja ħarġu jilagħbu b’formazzjoni ta’ 3-5-2 fejn fuq quddiem bdew Balotelli u Immobile. Id-difensuri kienu l-Juventini Barzagli, Bonucci u Chiellini. Għal Bonucci dan kien id-debutt tiegħu f’din it-Tazza tad-Dinja. L-Urugwaj bdew bl-istess tim li rebħu kontra l-Ingilterra.
L-ewwel taqsima kienet waħda medjorki fejn kien hemm biss azzjoni waħda denja ta’ nota. Dan meta l-gowlkiper Taljan Buffon għamel żewġ saves wara xulxin biex ċaħħad lil Suarez u lil Lodeiro mill-viċin. Andrea Pirlo, li kien qed jilgħab il-112-il logħba mal-Italja kellu free kick salvat mill-eks gowlkiper ta’ Lazio Muslera.
Fit-tieni taqsima l-andament tal-logħba inbidel meta fid-59 minuta r-referee Messikan Marco Rodriguez wera karta ħamra diretta lil Marchisio għal daħla li għamel fuq Arevalo. Wieħed irid jgħid li din kienet deċiżjoni kemmxejn ħarxa fil-konfront ta’ Marchisio li kien aktar jimmeritah karta safra.
Minn hawn ‘il quddiem l-Urugwaj bdew jippressaw u jfittxu l-gowl u fis-66 minuta Buffon ċaħħad lil Suarez li daħal fil-kaxxa imma x-xutt tiegħu kien salvat mill-gowlkiper ta’ Juventus. Żewġ minuti wara l-Italja wettqu reazzjoni u Immobile kellu xutt imblukkat minn Gimenez. 10 minuti mit-tmiem l-attakkant tal-Urugwaj Luis Suarez deher jigdem lid-difensur Chiellini imma r-referee ma rax l-azzjoni u wera l-ebda karti. Fil-81 minuta wasal il-gowl tal-Urugwaj minn azzjoni ta’ corner li minnu d-difensur GODIN ta’ Atletico Madrid għola tajjeb fuq Bonucci u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Buffon għal 1-0.
Minkejja l-isforzi tal-Italja fl-aħħar minuti l-Urugwaj iddefendew tajjeb biex ħadu t-tliet punti li kellhom bżonn. Din kienet it-tieni darba konsekuttiva li l-Italja ġew eliminati mill-fażi tat-Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>

