Internazzjonali

Protesti f’Londra kontra s-sentenza ta’ priġunerija għal tliet ġurnalisti ta’ Al Jazeera

Mijiet ta’ ġurnalisti nġabru f’Londra fi protesta kontra s-sentenza ta’ seba’ snin ħabs li ngħatat fl-Eġittu lil tliet ġurnalisti ta’ Al Jazeera. Dan wara li lbieraħ, il-Qorti fil-Kajr sabet lit-tliet ġurnalisti ħatja li xerrdu aħbarijiet foloz u appoġġjaw lill-Fratellanza Musulmana. It-tliet ġurnalisti mistennija jappellaw mis-sentenza.

Sadanittant, minkejja li kien hemm ix-xniegħa li l-President Eġizzjan Al-Sisi kapaċi jagħti Maħfra Presidenzjali, fl-aħħar sigħat Al-Sisi ddikjara li hu mhux se jindaħal fil-verdett tal-Qorti f’dan il-każ.