Lokali

Attività b’risq il-Fondazzjoni Richmond

Persuni li jixtiequ li jkollhom l-ewwel esperjenza billi jgħoddsu taħt il-baħar se jkunu jistgħu jagħmlu dan f’attività b’risq il-Fonadzzjoni Richmond nhar il-Ħadd 13 ta’ Lulju bejn it-8am u t-3pm.

L-Attività se ssir bejn il-Marfa u Ċirkewwa u fiha il parteċitpanti se jkunu mitluba jagħtu donazzjoni ta’ €10 għall-fondazzjoni.

Minbarra li din l-attività se tkun opportunita’ tajba għal dawk li jixtiequ jesperjenzaw scuba diving għall-ewwel darba, din għanda tkun esperjenza wkoll għall-ghaddasa kwalifikati.

Matul l-attività se jkun hemm instructors kwalifikati fuq bażi volontarja ta’ ‘Scubaworld Diving Club’ filwaqt li l-apparat se jkun sponsorjat minn ‘Strand Diving Services’ , ‘Paradise Diving School’ and ‘Water Sports’.

Il-Fondazzjoni Richmond hija NGO li tgħin lil nies bi problemi mentali.

Min hu nteressat u jixtieq aktar informazzjoni jistà jċempel lill-Fondazzjoni Richmond fuq; 21224580/77444180 jew jibgħat email fuq fundraising@richmond.org.mt