Lokali

Dajana Laketic ir-rebbieħa tad-disa’ edizzjoni tal-konkors Face of Malta

Id-disa’ edizzjoni tal-konkors Face of Malta ġie merbuħ minn Dajana Laketic ta’ tnejn u għoxrin sena minn San Gwann.

F’dan il-konkors, mtella’ ta kull sena minn Glow Promotions, taħt it-tmexxija ta’ Alan J Darmanin u Jeff Francalanza, ipparteċipaw erbgħin kontestanta femminili fejn minnhom tnax ġew magħżula għall-kalendarju tas-sena 2015. Fit-tieni post iklassifikat Christine Mifsud u fit-tielet post ġiet Pearl Haber.

It-telespettaturi kellhom iċ-ċans illi isiru jafu lil dawn il-kontestanti aħjar fl-eppisodji speċjali illi ixxandru kull nhar ta’ erbgħa filgħaxija. Dan il-konkors ser jixxandar il-ġimgħa 27 ta’ Ġunju fid-9.10 ta filgħaxija fuq NET Television.