Lokali

Ħsarat fil-cable tal-GO bejn il-Mosta u Birkirkara

GO tixtieq tavża lil pubbliku li minħabba ħsara kkawżata minn terżi kuntrattur, ġarbet ħsara fil-cable ewlenija fuq ir-rotta bejn il-Mosta u Birkirkara. Dan ħalla impatt fuq numru ta’ servizzi.

Minħabba l-miżuri ta’ kontinġenza li GO għandha fis-seħħ, il-biċċa l-kbira tas-servizzi ttranġaw immedjatament. Servizzi oħra li għadhom effettwati, bħalma huma t-TV u broadband internet, se jerġgħu jkunu lura għan-normal fl-għaxar sigħat li jmiss.