Fil-11 ta’ Lulju, il-finali tal-programm televiżiv “Una Stella Sta Nascendo”, li jintwera duq SKY Italia, ħa tinkludi xejn anqas minn tmien parteċipant Malti, kollha studenti tal-Akkademja mmexxija minn Gillian Attard, La Voix Academy.
Fil-preżent, dan huwa isem sinomimu mas-suċċess, kemm dak lokali, kif ukoll internazzjonali. Uħud mill-prestazzjonijiet riċenti, jinkludu r-rebħ ta’ Gaia Cauchi fil-“Junior Eurovision Song Contest” bil-kanzunetta “The Start” li ċ-ċkejkna kitbet ma’ Gillian Attard, Elton Zarb u Matthew Mercieca, kif ukoll r-rebħ ta’ Federica Falzon fil-programm televiżiv “Ti Lascio Una Canzone” flimkien ma’ Vincenzo Carni.
L-artisti li waslu sal-finali ta’ “Una Stella Sta Nascendo” huma: Christina Magrin, Maxine Pace u Miriana Conte bħala solisti, Cain u Nicole bħala dwett, u l-grupp Chapter 3 magħmul minn Jean Claude Azzopardi, Karine Caruana u Clive Gauci.
Dawn ħa jkunu qegħdin jikkompetu għat-titlu tal-aħjar solisti, kompetizzjoni li sena ilu intrebħet minn Gaia Cauchi, studenta oħra ta’ La Voix Academy li hija waħda mid-diversi mistiednin speċjali, f’lista li tinkludi wkoll lil Antonino, rebbieħ tas-serjè Amici; Garrisson, ġurija fil-programm Amici u korjografu rinomat.
Għal aktar informazzjoni dwar l-istudenti ta’ La Voix Academy, żuru l-paġna www.facebook.com/levoix2012, jew il-paġna ta’ Gillian Attard fuq www.facebook.com/gillian.attard.official.
//= $special ?>