GREĊJA………………………….2
IVORY COAST………………..1
Greċja> Karnezis (Glykos 24′), Torosidis, Manolas, Cholevas, Papastathopoulos, Christodoulopoulos, Kone (Samaris 12′), Karagounis (Gekas 78′), Maniatis, Samaras, Salpingidis
Ivory Coast> Barry Copa, Aurier, K. Toure, Boka, Bamba, Y. Toure, Gervinho (Sio 83′), Tiote (Bony 61′), Kalou, Die, Drogba (Diomande 78′)
Imwissija> Drogba, Kalou, Die (I)
Skurjaw> Samaris 42′, Samaras 92′ (G), Bony 74′ (I)
Referee> Carlos Vera (EKW)
L-Ivory Coast ġew imċaħħda minn kwalifikazzjoni storika hekk kif bl-aktar mod drammatiku tilfu 2-1 kontra l-Greċja. Kollox deher li l-Afrikani kienu se jgħaddu għall-fa]i li jmiss sakemm penalty ta’ Samaras fid-93 minuta poġġa lill-Greċja għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom mal-aħħar 16. Il-Griegi issa jilagħbu kontra l-Costa Rica. Din kienet it-tielet darba f’daqstant drabi li l-Ivory Coast inqalgħu mill-fa]i tal-gruppi.
Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-:ermanja l-Ivorjani kienu spiċċaw fit-tielet post fil-grupp filwaqt li spiċċaw ukoll it-tielet erba’ snin ilu fl-Afrika t’Isfel.
Il-plejers Afrikani lagħbu b’faxxa sewda b’rispett għal Ibrahim Toure, li jiġi ħu l-plejers Yaya u Kolo Toure li miet matul il-ġimgħa. Kien hemm spekulazzjonijiet li t-tnejn ma kienux se jilagħbu biex imorru lura pajji]hom imma t-tnejn bdew. Għall-ewwel darba f’din l-edizzjoni l-attakkant Didier Drogba ukoll beda l-partita.
Fl-ewwel taqsima, li ma tantx kellha azzjonijiet, il-Griegi kienu aħjar u l-vantaġġ tagħhom kien meritat. Fi spazju ta’ seba’ minuti weġġgħu Kone u l-gowlkiper Karnezis li nbidlu ma’ Samaris u Glykos rispettivament. Għal Glykos kienet it-tieni dehra tiegħu bil-flokk nazzjonali u l-ewwel waħda fit-Tazza tad-Dinja.
Kien fis-36 minuta meta Torosidis tefa’ cross perikolu] u Barry ħareġ jikklirja. Tliet minuti mill-mistrieħ il-Greċja marru fil-vantaġġ. Tiote ]balja u Samaras seraq il-ballun u għadda lejn is-sostitut SAMARIS li mill-viċin ma ]baljax.
Hekk kif bdiet it-tieni taqsima l-Ivory Coast ħarġu jfittxu d-draw meta Gervinho għadda lejn Tiote imma x-xutt tiegħu kien wisq ċentrali.
L-akbar ċans għall-Griegi wasal għand il-captain Karagounis li spara xutt minn barra l-kaxxa li stampa mal-mimduda. Fit-73 minuta wasal id-draw tal-Afrikani meta Gervinho daħal fil-kaxxa qassam lejn is-sostitut Wilfried BONY li għeleb lil Glykos għal 1-1. Riżultat li kien jikkwalifika lill-Ivorjani imma meta deher li l-Ivorjani kienu għaddew, wasal il-mument deċi]iv bil-Greċja jingħataw penalty wara li Sio waqqa` lil SAMARAS fil-kaxxa fit-92 minuta u l-istess plejer, mill-11-il għadda lill-Griegi minn għajn il-labra għal mal-aħħar 16.
//= $special ?>

