Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron għamel apoloġija lill-poplu tar-Renju Unit talli kien impjega persuna li issa nstabet ħatja fil-Qorti.
Andy Coulson, li kien Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Cameron, instab ħati li kien kompliċi fl-iskandu ta’ hacking tat-telefon meta kien editur ta’ ġurnal Ingliż.
Il-Qorti sabitu ħati li kien jaf b’dan l-aġir f’każ wieħed fejn il-ġurnalisti Inglizi ihhakkjaw voicemails ta’ celebritajiet biex ikollhom storja esklussiva.
Diversi politici kkritikaw bl-aħrax il-ġudizzju ta’ Cameron li jimpjega lil Coulson. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru qal li jerfa’ r-responsabbilta’ sħiħa talli impjegah. “Ninsab iddispjaċut ħafna li impjegajtu, se nkun ċar dwarha, kienet deċiżjoni żbaljata,” qal Cameron fi stqarrija.
//= $special ?>

