Lokali

Riċeviment f’għeluq snin ir-Reġina Eliżabetta II

Rob Luke, il-Kummissarju  Għoli Ingliż għal Malta flimkien ma’ martu Loiuse, riċentament fir-residenza tagħhom f’ San Pawl tat-Tarġa fakkru l-okkazjoni ta’ għeluq snin ir-Reġina Elizabetta II

Fost il-mistiedna kien hemm il-president Marie Louise Coleiro Preca. Fid-diskors tagħha il-President faħħret ir-rabtiet b’saħħithom bejn Malta u r-Renju Unit. Filwaqt li matul id-diskors tiegħu, Luke ta l-isbaħ xewqat tar-Renju Unit lil gvern Malti u l-poplu f’din is-sena ta’ anniversarji importanti.

Il-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta feraħ ukoll lil Prim Ministru Muscat talli offra biex jospita s-Summit f’Novembru tal-2015.

Waqt ir-riċeviment Marvi Monreal kanta l-innijiet nazzjonali taż-żewġ pajjiżi filwaqt li Charles Giacomotto daqq l-bagpipes.