Lokali

Kumpless ġdid għall-anzjani

Ritratt mill-arkivji

Fuq l-għolja tan-Naxxar u b’veduti mill-aqwa, qed jinbena kumpless ta’ kwalita’ għolja biex jakkomoda fih anzjani.

Kumpless li mhux se jkun biss residenza iżda se jkun post fejn l-anzjani jkabbru l-attivita’ tagħhom u jibqgħu impenjati f’dak kollu li huma kapaċi jagħmlu f’ħajjithom. Fi kliem ieħor proġett li se jpoġġi fil-prattika l-kunċett tal-anzjanita’ attiva.

Il-kumpless Hilltop Gardens Retirement Village hu inizjattiva tal-kumpanija AX Holdings – proġett li jfisser investiment ta’ 43 miljun ewro.

Huwa mistenni jiftaħ il-bibien tiegħu f’Settembru 2015 u jinkludi 150 appartament u penthouses għal anzjani li għadhom jistgħu jgħixu ħajja indipendenti u 200 sodda oħra għall-anzjani dipendenti, kollha mifruxin fuq spazju ta’ 17,000 metru kwadru fiċ-ċentru tan-Naxxar.

Fil-prezenza tal-Ministru Michael Farrugia u tas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, ic-Chairman ta’ AX Holdings Anġlu Xuereb tkellem dwar il-viżjoni wara dan il-proġett u l-kunċetti ġodda li Hilltop Gardens se jkunu qed jintroduċu għall-ġid tal-anzjani.

Flimkien mas-servizzi residenzjali, Hilltop Gardens se jipprovdu wkoll servizzi ta’ kura għall-anzjani minn staff mediku professjonali u kwalifikat b’faċilitajiet state-of-the art.