Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Attard għat-telfa ta’ Paul A. Attard, l-eks President tal-bord tal-Gvernaturi.
Filwaqt li rringrazzjaw lil Paul Attard għall-kontribut tiegħu għall-MCAST, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Gvernaturi, Prinċipal u l-membri kollha, esprimew s-solidarjetà u simpatija ma’ martu, it-tfal tagħhom u l-bqija tal-familja f’dan iż-żmien diffiċli.
Bejn l-2006 u l-2010, Paul A Attard serva bħala President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknologija (MCAST). Attard ta kontribut importanti għall-iżvilupp u t-tkabbir ta’ l-MCAST, filwaqt li dejjem fittex li jqiegħed l-istudenti fiċ-ċentru tal-MCAST.
Fi stqarrija l-MCAST qal li “Taħt it-tmexxija tiegħu il-Kulleġġ kompla jiżviluppa l-‘iStudent Support Services’. L-Entużjazmu u l-impenn tiegħu se jibqgħa bħala mudell għal ta’ warajh.”
//= $special ?>