NIĠERJA………………….2
ARĠENTINA…………….3
Niġerja> Enyeama, Ambrose, Yobo, Omeruo, Oshaniwa, Onazi, Mikel, Babatunde, Odemwingie, Emenike, Musa
Arġentina> Romero, Zabaleta, Federico Fernandez, Garay, Rojo, Gago, Mascherano, Di Maria, Messi, Higuain, Aguero
Imwissija> Omeruo, Oshaniwa (N)
Skurjaw> Messi 3′, 45′, Rojo 50′ (A)< Musa 4′, 47′(N)
Referee> Desire Noumandiez Doue (Ivory Coast)
Żewġ gowls tal-attakkant Lionel Messi ispiraw lill-Arġentina lejn it-tielet rebħa konskeuttiva, din id-darba 3-2 kontra n-Niġerja. Messi kien skurja gowl kontra l-Bożnija u ieħor deċiżiv kontra l-Iran. Bir-rebħa kontra l-Afrikani l-Arġentina rebħu Grupp F u issa jilagħbu kontra r-runner up ta’ Grupp E.
Il-leġġendarju Arġentin Diego Maradona ma attendiex għal din il-partita wara kummenti tal-President tal-FA Julio Grondona li qal li Maradona qed iġib ‘saħta’ fuq it-tim nazzjonali meta jmur jarahom u Messi skorja kontra l-Iran wara li Maradona ħalla l-ground.
Maradona ma kienx tħalla jidħol fil-logħba kontra l-Bożnija għaliex mar minn bieb ħażin.
Ftuħ qawwi b’żewġ gowls fl-ewwel ħames minuti. Wara tliet minuti Mascherano għadda lejn Di Maria li kellu xutt salvat minn Enyeama imma mir-rebound Lionel MESSI sammar fis-saqaf tax-xibka.
Bil-partitarji Arġentini jiċċelebraw, in-Niġerja minuta wara kksbu d-draw minn Ahmed MUSA li b’xutt imdawwar għeleb lil Romero.
It-tim ta’ Sabella kompla jippressa u Higuain kellu ċans tajjeb meta Higuain qabeż lill-gowlkiper imma xeħet mal-ġenb tax-xibka. Enyeama man-nofs siegħa għamel save tajjeb fuq Messi u tliet minuti mill-mistrieħ Messi impenja lil Enyeama minn free kick dirett. L-Arġentina kellhom free kick ieħor, għal fawl fuq il-captain taħghom u mill-freekick l-istess MESSI skorja r-raba’ gowl f’din l-edizzjoni u laħaq lill-Brażiljan Neymar.
Kif bdiet it-tieni taqsima Ahmed MUSA reġa’ ġab id-draw wara li rċieva mingħand Emenike. Il-ballun kompla tiela u nieżel sakemm minn corner, id-difensuri Niġerjani naqsu milli jikklerjaw u l-ballun wasal għand ROJO li b’irkopptu tefa’ l-ballun fix-xibka għal 3-2.
Għan-Niġerja kienet ir-raba’ darba li tilfu fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina. Biż-żewġ gowls li skurja Messi sar it-tieni plejer Arġentin fl-istorja li skurja gowls f’kull logħba mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>

