Sport

Rebħa storika iżda inutli għall-Bożnija

BOŻNIJA-HER…………………..3
IRAN………………………………….1

Bożnija-Her> Begovic, Vrsajevic, Spahic, Kolasinac, Besic, Pjanic, Ibisevic, Dzeko (Visca 85′), Susic (Salihovic 79′), Sunjic, Hadzic (Vranjes 61′)
Iran> Haghighi, Haji Safi (Jahanbakhsh 63′), Hosseini, Sadeghi, Nekounam, Shojaei (Heydari 46′), Timotian, Montarezi, Ghoochannejad, Dejagah (Ansarifard 68′), Pooladi

Imwissija> Besic (B), Ansarifard (I)
Skurjaw> Dzeko 23′ , Pjanic 59′ (B) , Ghoochannejhad 82′ (I), Vrsajevic 83′ (B)
Referee> Carlos Velasco (SPA)

Il-Bożnija kisbu rebħa storika 3-1 kontra l-Iran imma ma swiet xejn għax minn dan il-grupp għaddew l-Arġentina u n-Niġerja. Ir-rebħa kienet l-ewwel rebħa li qatt kisbu l-Bożnija fl-ewwel dera tagħhom fit-Tazza tad-Dinja fejn kellhom ukoll telfa kontra l-Arġentina filwaqt li fit-tieni logħba tilfu kontra n-Niġerja. L-uniku sodisfazzjon għall-Iran hu li skurjaw l-ewwel gowl tagħhom f’din l-edizzjoni.

Il-kowċ tal-Bożnija Susic għamel ħames bidiliet mit-telfa1-0 kontra n-Niġerja. L-attakkant Vedad Ibisevic, li skurja l-ewwel gowl tal-Iran fit-Tazza tad-Dinja beda fuq quddiem flimkien ma’ Edin Dzeko ta’ Man City. L-Iran bdew bl-istess 11 li tilfu kontra l-Arġentina.

Il-Bożnija wara tmien minuti resqu viċin meta Kolasinac tefa’ cross lejn Dzeko imma d-daqqa ta’ ras kienet dgħajfa. Imma fil-21 minuta l-Bożnija marru fil-vantaġġ meta l-istess DZEKO b’xutt fil-baxx għeleb lil Haghihi.
Żewġ minuti wara l-Iran sfortunati li ma ġabux id-draw meta Sadeghi laqat il-lasta.

13-il minuta fit-tieni taqsima l-Bożnija kabbru d-distakk. Żball ieħor fid-difiża u PJANIC sab spazju wara li irċieva tajjeb biex għeleb lil Haghihi mill-viċin.

10 minuti mit-tmiem f’azzjoni ta corner GHOOCHANNEJHAD rnexxielu jsib ix-xibka biex f’dan l-istadju l-Iran kellhom bżonn żewġ gowls oħra biex jikkwalifikaw. Iżda t-tamiet tagħhom mill-ewwel għebu meta żewġ minuti wara l-Bożnija reġgħu kabbru d-distakk b’gowl ta’ VRSAJEVC li sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu.

B’dan ir-riżultat l-Iran baqgħu qatt ma rebħu kontra avversarju Ewropew fit-Tazza tad-Dinja.