Lokali

Se jittieħdu passi kontra żewġ uffiċjali tal-Freeport

[headlines headline=”h3″ ]Konfermata l-istorja tal-kontejner mimli sigaretti [/headlines]

Konfermat ir-rapport ippubblikat illum f’dan is-sit  fejn żvelajna li kontejner mimli sigaretti kien tgħabba bi żball fuq vapur tal-merkanzija b’ieħor. Kien grazzi għal dan ir-rapport li din l-istorja ma baqgħetx mistura, u saħansitra bdew jittieħdu passi fil-konfront ta’ żewġ uffiċjali tal-Port Ħieles.

Fi stqarrija maħruġa llum l-Malta Freeport Corporation Ltd, ikkonfermat illi kien fis-16 ta’ Ġunju li għadda meta l-kontejner in-kwistjoni tgĠabba fuq vapur tal-merkanzija minflok kontejner ieħor b’kodiċi ta’ identifikazzjoni simili. L-istqarrija ssostni li f’temp ta’ ftit sigĠat kien identifikat u saru l-arranġamenti kollha neĠessarji biex dan jirritorna lura lejn il-Port Ġieles.

L-amministrazzjoni tal-Malta Freeport Corporation Ltd. bdiet tinvestiga l-każ wara li ħarġet l-istorja f’maltarightnow.com tal-bieraħ, ġie konfermat ukoll illi l-Korporazzjoni “se tkun qed tressaq żewġ uffiċjali quddiem il-bord tad-dixxiplina biex jittieħdu l-passi neċessarji”.

Dan is-sitl fir-rapport tiegħu llum żvela illi dan il-kontejner kien taħt l-osservazzjoni tal-Freeport. Iżda xi ħadd mhux magħruf jidher illi ta struzzjonijiet biex dal-kontejner jitlaq minn Malta, u fil-Freeport ġriet ix-xniegha li dan “telaq bi żball”.

Meta l-uffiċjali tad-Dwana marru biex jiccekjaw dan il-kontejner, ġew infurmati li dan tgħabba fuq vapur “bi zball”, u allura tleaq minn Malta mingħajr l-awtorizzazjoni tad-Dwana.

Għalkemm dan jista’ jidher bħala każ trivjali, fil-verita’ huwa każ serju ħafna, tant illi l-awtoritajiet żammew skiet totali fuq dak kollu li ġara.