Lokali

Suċċess għal Isle of MTV Malta ta’ din is-sena

Fuq il-Fosos tal-Floriana saret b’suċċess it-tmien edizzjoni tal-kunċert Isle of MTV Malta, hekk kif għal darba oħra pajjiżna ospita dan il-kunċert kbir li issa sar appuntament annwali li jiġbed eluf ta’ persuni, speċjalment żgħażagħ.

Ħames artisti internazzjonali, Keisza, Nicole Scherzinger, Dizzee Rascal, Enrique Iglesias u DJ Hardwell, offrew festa ta’ mużika, kant, dwal u żfin. L-ispettakklu ma naqasx, u kif wegħdu l-artisti stess aktar kmieni qabel il-kunċert, waqt konferenza tal-aħbarijiet, huma taw wirjiet memorabbli.

Kiesza kantant erba’ siltiet ġodda għall-ewwel darba, filwaqt li Nicole Scherzinger tat spettaklu mimli ħajja u enerġija. Dizzee Rascal  faħħar lill-Maltin, u qal  li f’Malta ngħata merħba mill-isbaħ. Il-kunċert infetaħ mill-band lokali ‘Funk Intiative’ u ntemm bis-sehem tad-DJ internazzjonali Hardwell.

L-ispettaklu fuq il-Fosos se jixxandar fuq in-networks tal-MTV madwar id-dinja fl-1 t’Awwissu li ġej.

Ritratti: Joseph Galea