Jekk trid tipprova tAQTAGĦHA u tirbaħ ħafna rigali sbieħ issa huwa ċ-ċans tiegħek.
AQTAGĦHA programm ġdid fuq NET TV min-nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju fit-20.30 bi preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Mark Azzopardi. Jakkumpanjaw lil Mark, żewġt uċuh ġodda għat-televiżjoni Maltija, Josef Mizzi u Elaine Camilleri.
Matul dan il-programm se jilgħabu żewġ timijiet ta’ tlett persuni li se jippruvaw jaqtgħu mistoqsijiet kif ukoll logħob ieħor ta’ taħbil il-moħħ. Kull tim jirbaħ diversi rigali abbinati ma’ kull logħba. Divertiment garantit kemm għal dawk li jkunu qed jieħdu sehem kif ukoll għal dawk li jkunu qed isegwu mid-dar.
Mela jekk int taħseb li kapaċi tAQTAGĦHA idħol fil-paġna tal-facebook AQTAGĦHA u ibgħat id-dettalji tiegħek.
AQTAGĦHA mit-12 ta’ Lulju fit-20.30 fuq NET TV.
Ritratt: Zoom In Photography
//= $special ?>