L-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ilbieraħ wettqet azzjoni ta’ infurzar f’sit li kien qed jintuża illegalment għall-iskrappjar tal-karozzi.
L-azzjoni ta’ infurzar, bl-għajnuna ta’ membri mill-Administrative Law Enforcement (ALE) tal-Pulizija, saret f’Birzebbugia ftit metri ‘l fuq minn Villa Overhills.
Fil-post marru numru ta’ trakkijiet kif ukoll inġenji oħrajn, bħal gafef u makkinarju ieħor.
Il-ħaddiema mqabbda mill-Awtorita’ Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar mhux biss naddfu l-passaġġ mit-terrapien u ħmieġ ieħor li kien iwassal għas-sit, iżda neħħew ukoll partijiet kbar minn karozzi u imbarazz ieħor li kien hemm f’dan l-iscrapyard illegali.
Dan is-sit segwa parti mill-proċess tal-infurzar u ngħata ordni biex ma jiffilmjax l-azzjoni mill-qrib. U dan biex ma jqumx diżgwid bejn is-sidien tal-post u l-ħaddiema tal-MEPA u l-Pulizija.
Iżda s-sidien tal-art, li kkollaboraw mal-MEPA, intebħu li konna fid-daħla tat-trejqa privata li twassal għal dan il-post u għal għelieqi li jinsabu qrib.
Hawnhekk qam battibekk żgħir minn xi qraba tas-sid għax riduna nidħlu niffilmjaw l-azzjoni ta’ infurzar. Eventwalment il-pulizija tawna l-permess nidħlu biex niġbdu l-azzjoni hi u ssir.
Il-MEPA diġa’ ħadet azzjonijiet fuq siti illegali oħrajn fl-istess żona u mistennija tipproċedi b’aktar azzjonijiet fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin.
//= $special ?>