HONDURAS……………………..0
ŻVIZZERA……………………….3
Honduras> Valladares, Figueroa, Bernardez, Garcia, Beckeles, Espinoza (Chavez 46′), Palacios, Garrido, Garcia (Najar 77′), Bengston, Costly (J. Palacios 40′)
Żvizzera> Benaglio, Rodriguez, Djourou, Lichtsteiner, Schaer, Shaqiri (Dzemaili 87′), Dzemaili, Inler, Mehmedi, Xhaka (Lang 77′), Drmic (Seferovic 73′)
Imwissija> J. Palacios (H)
Skurjaw> Shaqiri 6′, 31′ ,71′ (H)
Referee> Nestor Pitana (ARĠ)
Hat-trick ta’ Xherdan Shaqiri ta rebħa 3-0 lill-Iżvizzera fuq il-Honduras biex għaddew għall-fażi li jmiss fejn issa jmisshom kontra l-Arġentina. L-eroj kien Shaqiri li ta risposta li dawk li kkritikaw il-wirjiet tiegħu fl-ewwel żewġ partiti.
Mal-Honduras irritorna Wilson Palacios minn sospsensjoni u l-Iżvizzera kienu mingħajr id-difensur Steve von Bergen li weġġa’ kontra Franza u minfloku beda Fabian Schaer.
It-tim ta’ Ottmar Hitzfeld ħareġ jattakka u wara biss tliet minuti Drmic qabeż difensur u għadda lejn Shaqiri li ipprova xutt li kien salvat tajjeb minn Valladares.
L-Iżvizzeri ftit damu biex fetħu l-iskor u fis-sitt minuta l-istess SHAQIRI skurja gowl b’azzjoni personali. Mal-kwarta Shaqiri, li kien ta’ wġiegħ ta’ ras kontinwa twaqqa` minn Figueroa. Mill-free kick it-tentattiv ta’ Shaqiri spiċċa barra.
Man-nofs siegħa reġa’ kien SHAQIRI li skurja minn azzjoni ta’ kontra attakk mibdija minn Inler. Inler qassam lejn Drmic li għadda l-ballun lill-attakkant ta’ Bayern Munich li ma żbaljax mill-viċin.
It-tieni taqsima kienet simili għall-ewwel waħda fejn l-Iżvizzera komplew jattakkaw u saħanistra skurjaw ieħor.
Fit-48 minuta Inler ixxuttja barra u minuta wara wasal ċans rari tal-Honduras meta Wilson Palacios għadda lejn Bengtson imma dan ta daqqa ta’ ras minflok ipprova x-xutt. Il-Honduras kellhom ċans bkir meta l-istess Bengtson qabeż lil Djourou u anke lill-gowlkiper imma x-xutt tiegħu kien ikklirjat minn fuq il-linja.
Shaqiri viċin il-hat-trick fit-58 minuta b’xutt salvat b’mod stupend mill-gowlkiper Valladares.
Minuta wara l-Honduras imċaħħda minn penalty ċar meta Jerry Palacios twaqqa` fil-kaxxa minn Djourou imma r-referee ma saffar xejn. Il-hat-trick ta’ SHAQIRI eventwalment wasal fil-71 minuta meta skurja mill-viċin wara ħarba u azzjoni mill-aqwa ta’ Drmic.
Dan kien it-tieni hat-trick f’din l-edizzjoni wara dak tal-Ġermaniż Muller kontra l-Portugall, li hu ironikament plejer ta’ Bayern Munich bħal Shaqiri.
Kien ukoll l-ewwel hat-trick tal-Iżvizzera fit-Tazza tad-Dinja sa mill-1954 meta dakinhar Josef Hugi kien skurja tlieta kontra l-Awstrija. Minn hawn ‘il quddiem l-Iżvizzera iddefendew tajjeb u ħadu t-tliet punti li bihom spiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp E.


