Lokali

Il-proċess ta’ verifika dwar ir-referendum tal-kaċċa fir-Rebbiegħa fi stadju avvanzat

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li l-proċess ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet ippreżentati għar-Referendum abrogattiv biex il-poplu jagħżel jekk iridx li titneħħa l-kaċċa fir-Rebbiegħa jinsab fi stadju avvanzat. Il-Kummissjoni qalet li malli dan il-proċess ikun lest, id-dikjrazzjonijiet u n-nota tal-Kummissjoni għandhom ikunu mgħoddija lill-Qorti Konstituzzjonali skont il-li;i fiż-żmien stipulat.

Il-firem għall-petizzjoni kieneu ippreżentati lil Kummissjoni Elettorali f’Marzu li għadda u b’kollox hemm 44,376 firma. Minn dawn, 40,351 huma ta’ persuni li isimhom jidher fir-reġistru elettorali.

Din il-petizzjoni saret fuq inizjattiva tal-Koalizzjoni Kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa, magħmula minn numru ta’ għaqdiet lokali li jaħdmu favur l-ambjent.

Il-proċess beda f’nofs is-Sajf tas-sena li għaddiet, u f’anqas minn tmien xhur, il-koalizzjoni rnexxielha tiġbor aktar minn 44,000 firma, li jfisser 11,000 aktar minn kemm titlob il-liġi, biex isir referendum abrogattiv, trid issir petizzjoni ta’ 10% tal-elettorat Malti, jiġifieri 33,418 firma.

Fi kliem Carmel Cacopardi, f’isem l-Alternattiva Demokratika, li hi waħda mill-għaqdiet fil-koalizzjoni, ħadd ma stenna li l-firem se jinġabru bi proċess daqshekk mgħaġġel, għalkemm, fi kliemu, każi differenti, bħal qtil tal-ajkli, għenu biex jikber l-għarfien dwar għaliex hu importanti li ma jkunx hawn kaċċa fir-rebbiegħa.

Skont il-liġi, il-Kummissjoni Elettorali kellh ġimagħtejn biex tivverifika l-firem, imma jidher li gġal xi ra;uni, il-proċess ħa ferm iktar fit-tul. Wara li d-dikjarazzjonijiet jgġaddu luill-Qorti Kostituzzjonali, l-proċess li jkun imiss, imbagħad, jieħu tliet xhur, li matulu jkun ippubblikat avviż u jkunu jistgħu jitressqu l-oġġezzjonijiet.

Wara, imbagħad, tkun il-Qorti Kostituzzjonali li tieħu deċiżjoni jekk l-oġġezzjonijiet ikunux validi jew le. Ir-referendum ikun irid isir sa mhux anqas minn tliet xhur wara, iżda mhux aktar minn sitt xhur wara.

Għalhekk, fi kliem Carmel Cacopardo, l-għan hu li r-referendum isir mal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali s-sena d-dieħla.
Il-koalizzjoni hi ffurmata minn 11-il għaqda differenti li ngħaqdu flimkien biex tiġi abolita il-kaċċa fl-istaġun tar-Rebbiegħa f’Malta. Dawn l-għaqdiet huma l-Alternattiva Demokratika, Birdlife Malta, Coalition for Animal Rights, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Moviment Graffiti, Greenhouse Malta, Nature Trust Malta u r-Ramblers Association.