Il-Ħamis filgħodu kien karatterizzat minn żewġ inċident tat-traffiku.
Fl-ewwel inċident, mara kellha tidaħħal l-isptar wara ħabta fi Triq il-Kosta. Jidher li l-vettura tal-mara, karozza tat-tip ‘Mini’ ħabtet ma’ taksi li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena mill-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.15am.
Il-Pulizija avżaw lis-sewwieqa biex jevitaw Triq il-Kosta.
Intant, f’inċident separat aktar kmieni l-Ħamis filgħodu, mara ta’ 38 sena weġġgħet gravi wara ħabta oħra li saret, din id-darba fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45am.
Ritratt: Inċident fi Triq il-Kosta, Maltese Roads Traffic Update
//= $special ?>