ĠERMANJA…………………1
STATI UNITI…………………0
Ġermanja: Neuer, Howedes, Hummels, Schweinsteiger, Ozil, Podolski, Muller, Lahm, Mertesacker, Kroos, Boateng
Stati Uniti: Howard, Gonzalez, Bradley, Besler, Beasley, Dempsey Jones, Davis, Beckerman, Zusi, Johnson
Imwissija: Hoewedes (Ġ), Gonzalez, Beckerman (S)
Skurjaw: Muller 55′ (Ġ)
Referee: Ravshan Irmatov (UZB)
Il-Ġermanja temmew fil-quċċata ta’ Grupp G b’rebħa 1-0 kontra l-Istati Uniti imma minkejja t-telfa l-Amerikani spiċċaw bħala runners-up u b’hekk ikkwalifikaw huma wkoll għal mal-aħħar 16 minħabba li kellhom differenza ta’ gowls aħjar mill-Portugall.
Sigħat qabel ma bdiet il-partita li ntlagħbet f’xita kontinwa, kien hemm spekulazzjonjiet li l-logħba setgħet tiġi posposta minħabba l-maltemp qawwi li kien hemm f’Recife.
L-attakkant Miroslav Klose beda minn fuq il-bank, imma daħal fit-tieni taqsima u l-midfielder ta’ Bayern Munich Bastian Schweinsteiger beda minflok Sami Khedira. Għal darba oħra l-Amerikan Michael Bradley beda l-partita.
Minkejja li ż-żewġ timijiet kienu jafu li draw jkun tajjeb għat-tnejn, il-Ġermanja ħarġu jattakkaw u wara biss żewġ minuti Muller ipprova volley mill-viċin imma ma laqatx sewwa wara cross perfett ta’ Boateng. Ir-reazzjoni tal-Istati Uniti waslet fit-18-il minuta meta Beasley ipprova xutt li mar barra. Tliet minuti wara t-tim ta’ Klinsmann reġa’ kellu ċans meta Jones qabeż lil Lahm, għadda lejn Zusi imma xxuttja għoli.
Wara nofs siegħa Kroos impenja lil Howard li salva mingħajr diffikulta` u l-istess Howard reġa’ salva fuq Ozil ftit minuti wara.
L-ewwel ċans denju ta’ nota fit-tieni taqsima kien tas-sostitut Klose. Il-plejer ta’ Lazio rċieva mingħand Schweinsteiger imma d-daqqa ta’ ras tiegħu marret ftit barra. Fil-55 minuta wasal il-gowl tal-Ġermanja meta MULLER skurja b’xutt preċiż fil-baxx minn rebound wara li Howard kien salva b’mod brillanti fuq Mertesacker. Kien ir-raba’ gowl ta’ Muller f’dawn il-fianli u bih laħaq lil Messi u Neymar b’erba’ gowls bħala l-aqwa skorers.
Biż-żewġ timijiet jieħdu l-aħbar l-Ghana kienu qed jitilfu fil-logħba l-oħra kontra l-Portugall, it-tnejn dehru kuntenti li r-riżultat jibqa’ 1-0 sal-aħħar.
//= $special ?>