Lokali Qorti

Mhux ħati li sallab qtates u klieb b’intenzjoni kriminali – irid jibqa’ jieħu l-kura

[headlines headline=”h3″ ]Il-każ dwar il-qtil tal-annimali u l-moħqrija tagħhom fil-Mosta [/headlines]

Nicholas Grech ma nstabx ħati li b’intenzjoni kriminali qatel numru ta’ qtates u xi klieb li fuq mhedda ta’ xhur u snin minn żmien għal żmien instabu maqtula u msallba fil-Mosta.

Il-Maġistrat Carol Peralta li quddiema nstema’ l-każ fis-sentenza tiegħu kkwota r-rapporti li għamlu l-psikjatri fuq Grech ta’ 37 sena mill-Mosta fejn sabu li f’dak il-perijodu, Grech kien fi stat ta’ ġenn, għaldaqstant qal il-Maġistrat Peralta, Grech ma jistax jinżamm kriminalment responsabbli għal dak li wettaq.

Huwa qal ukoll li m’hemmx provi li kien hu li qatel lil dawn il-qtates u ġiegħli anke klieb. Minkejja dan il-Qorti qalet li Grech, xorta għandu jinżamm fl-Isptar Monte Carmeli biex jingħata l-kura li għandu bżonn u jdum jingħata l-kura għal kemm hemm bżonn.

Dan il-każ huwa dwar serje ta’ qtil ta’ annimali l-aktar qtates u anke xi, li kienu qegħdin jinsabu msallbin f’diversi nħawi differenti tal-Mosta.

Erbatax il-annimal, instabu mejta u msallbin bejn Settembru tal-2011 u Aprilli għadda.

Il-konklużjoni tar-rapporti li saru mit-tliet esperti psikjatriċi fil-każ ta’ Nicholas Grech ta’ 37 sena mill-Mosta, mixli b’moħqrija ta’ annimali fil-Mosta u li ġie ppreżentat nhar it-Tlieta li għaddew jgħid li fiż-żmien li twettqu r-reati, l-akkużat kien qed ibati minn nuqqas ta’ ġudizzju u awto-kritika.

Fil-konklużjoni taż-żewġ rapport li saru, u li kienu ferm simili, l-psikjatri Ethel Felice, Peter Muscat u David Cassar qalu li Grech kien qed ibati minn skizzofrenija u li meta wettaq ir-reat ma kellux intenzjoni kriminali.

It-tliet esperti xehdu wkoll nhar it-Tlieta, li fiż-żmien it-twettiq tar-reati jidher li l-akkużat kien waqaf milli jieħu l-kura li kien għaddej minnha qabel. Fid-dawl tar-rapporti tal-esperti l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Carol Peralta qalet li hi se tagħti s-sentenza nhar il-Ħamis li ġej. Saru żewġ rapport mill-esperti u dawn kienu kważi identiċi.

Kemm il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Edmond Curmi u Joseph Busuttil, u d-difiża mmexxija mill-Avukat Martin Fenech kienu qablu li kienu se joqgħodu mar-rapporti li saru mill-esperti fejn dawn qalu wkoll li jaqblu ma’ dak li qalu l-esperti, li għandu jkun bord awtonomu li finalment jiddeċiedi mill-lat mediku x’jrid isir fil-futur fil-konfront tal-akkużat.

Nicholas Grech, Inġinir mal-Korporazzjoni Enemalta kien tressaq il-Qorti f’Marzu li għadda bi krudelta’ fuq l-annimali, meta sallab għadd ta’ klieb u qtates f’diversi nħaw ital-Mosta, li offenda l-fidi Kattolika u li b’mod illegali daħal f’numru ta’ kappelli.

Huwa dejjem wieġeb mhux ħati u kien talab biex isirlu eżami psikjatriku. Huwa kien inżamm taħt arrest preventiv fl-isptar Monte Carmeli. Il-kumpilazzjoni kienet l-ewwel ġiet posposta fl-1 ta’ April li għadda minħabba li l-eżami psikjatriku ma kienx tlesta. Il-Qorti kienet talbet hawn biex ir-rapport ikun wieħed dettaljat u komprensiv.