In-Nazzjonijiet Uniti ħarġet sejħa mhux tas-soltu għall-użu tal-forzi militari biex jindirizzaw l-attakki li qed isiru mill-militanti iżlamiċi fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Iraq.
Il-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Iraq, Mladenov qal li r-raffineriji taż-żejt fin-Naħa t’isfel tal-Iraq għadhom taħt il-kontroll tal-Gvern iżda wera tħassib dwar in-numru tal-mejta li laħqu l-1,300 persuna, kawża tal-ġlied.
Sadattant il-Gvern Iraqi konferma li ajruplani Sirjani kienu attakkaw bażijiet tal-militari ġewwa l-Iraq. Il-Prim Ministru Iraqi Maliki qal li filwaqt ma saritx talba għal dawn l-attakki, kull attakk kontra l-militanti kien ta’ għajnuna.
//= $special ?>

