Fil-Libja, inqas min nofs dawk eleġibbli ivvutaw f’elezzjoni tal-Parlament li kienet ikkaratterizata bi vjolenza, partikolarment f’Benghazi. Avukata Libjana magħrufa spiċċat maqtula wara persuni mhux magħrufa daħlu d-dar tagħha u sparaw fuqha. L-Avukat Salwa Bugaighis, kienet persuna prominenti li ħadmet favur id-drittijiet tal-bniedem u għenet wkoll biex ikunu organizzati l-protesti f’Benghazi kontra Gaddafi. Persuni oħra spiċċaw matqula f’Benghazi wkoll wara ġlied mal-forzi militari tal-Gvern Libjan.
L-elezzjoni saret biex għat-tieni darba wara t-tneħħija tar-Reġim ta’ Ghaddafi jiġi elett Parlament gdid. L-elettorat kellu jeleġġi l-membri ta’ dik li issa se tibda tissejjaħ il-Kamra tar-Rappreżentanti.
B’kollox iridu jiġu eletti 200 deputat minn fost 2,000 kandidat li qed jikkontestaw. L-elezzjoni ssejħet xahar ilu fost xnihat li eks Ġeneral tal-Armata kien qed jippjana kolp ta’ stat.
//= $special ?>

