Birkirkara …………… 0
Sliema W……………..1
Birkirkara: A. Murcia Sanchez, Z. Muscat, A. Mendoza, N. Vukanac, T. Vella, E. Agius, P. Fenech, G. Sciberras, R. Camenzuli, E. Herreras, J. Zerafa.
Sost: R. Gauci, R. Scicluna, M. Bissi, L. Omerou, L. Grech, K. Zammit, R. Ledesma.
Sliema W.: G. Zammit, A. Muscat, A. Scozzese, M. Potezika, J. Miontoff, M. Scerri, M. Mifsud, S. Ohawuchi, P. Barbetti, B. Muscat, S. Bianciardi.
Sost: H. Bonello, L. Martinelli, H. Salama, G. Aquilina, T. Cilia, M. Ciantar, JJ Mifsud.
Skorjaw: J. Zerafa own goal
Referee: M. Borg.
Sliema għalqu t-turnament kwandrangulari, il-Euro Cup b’rebħa 1-0 fuq B’Kara u b’hekk spiċċaw fit-tieni post. Il-partita ma kienx fiha ntererss wara li Valletta rebħu t-turnament ġurnata qabel.
Sliema fetħu tajjeb imma l-ewwel xutt perikoluż kien ta’ Camenzuli li Zammit salva u fit-18-il minuta minn freekick ta’ Herrera, Camenzuli bir-ras xeħet barra.
Ir-riposta ta’ Sliema waslet fit-32 minuta minn ħarba ta’ Ohawuchi, li kien ferm perikoluż bil-ġirjiet tiegħu u mill-cross fil-kaxxa, l-ballun ħabat ma’ Joseph Zerafa u qarraq b’Sanchez għal awto-gowl sfortunat.
Sal-mistrieħ Edmond Agius għal B’Kara xxuttja barra u daqqa ta’ ras ta’ Fenech kienet salvata f’corner minn Zammit. Sekondi mil-mistrieħ Herrera falla ċans tad-deheb waħdu quddiem Zammit.
Fit-tieni taqsima ftiit kien hemm azzjonijiet għalkemm fl-64 minuta Terence Vella falla ċans tajjeb li jġib id-draw u sat-tmiem kien Bissi li bir-ras falla d-draw għall-Karkariżi.
Kif Spiċċaw: Valletta 7, Sliema W. 6, Hibs 3, B’Kara 1.


