Futbol Sport

Sospensjoni ta’ 9 partiti għal Suarez

Il-FIFA ħabbret li Luis Suarez weħel sospensjoni ta’ 9 partiti  u erba’ xhur ta’ logħob effettiv talli gidem lid-difensur tal-Italja Giorgio Chiellini.

Jidher li s-sospensjoni tapplika għal kwalunkwe’ attivita’ ta’ futbol.

Il-plejer tal-Urugwaj gidem lil Chiellini f’partita tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Italja. Is-sospensjoni tfisser li mhux biss il-plejer se jitlef il-logħoba fir-rawnd li jmiss tal-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja iżda wkoll, id-deċiżjoni tfisser li effettivament, Suarez se jitlef ukoll madwar 9 logħobiet tal-Premier League Ingliż.

Apparti minn hekk, Luis Suarez weħel ukoll multa ta’ €82,000.