Nitkellmu issa dwar it-Tazza tad-Dinja hekk kif fl-aħħar sigħat, il-FIFA tat il-verdett tagħha fil-każ tal-attakkant tal-Urugwaj Luis Suarez li nstab ħati li gidem lid-difensur Taljan Giorgio Chiellini.
Sospensjoni ta’ 9 logħbiet u projbizzjoni ta’ erba’ xhur mill-futbol. Kif ukoll multa ta’ mitt elf Frank Zvizzeru. Li jfisser li spiċċat il-World Cup ghal Suarez.
Iżda, interessanti l-fatt li minn din il-gidma, gawdew numru ta’ persuni mhux ħażin. Dalgħodu, Matthew Bonett iltaqa’ ma’ rappreżentant ta’ kumpanija tal-betting ibbażata f’Malta li spjega kif waħda mill-imħatri kienet proprju dik li Suarez tul it-Tazza tad-Dinja jerġa’ jagħmilha u jigdem avversarju.
Araw il-filmat
//= $special ?>