KOREA T’ISFEL……………..0
BELĠJU…………………………..1
Korea t’Isfel: S G Kim, S Y Yun, Y G Kim, H M Son (Ji Dong-wo 73′), Y Lee, J C Koo, K Y Han (Lee Keun-ho 45′), S Y Ki, C Y Lee, S W Kim (Kim Bo-kyung 66′), J H Hong
Belġju: Courtois, Vertonghen, Fellaini, Mirallas (Hazard 88′), Mertens (Origi 60′), Van Buyten, Defour, Lombaerts, Dembele, Januzaj (Chadli 60′), Vanden Borre
Imwissija: Hong Jeong-gwon (K), Demblele (B)
Tkeċċa: Defour 44′ (B)
Skurjaw: Vertonghen 77′ (B)
Referee: Jon Williams (AWS)
Il-Belġju lagħab aktar minn taqsima sħiħa bi plejer anqas meta tkeċċa Steven Defour għal fawl ikrah fuq Kim Shin-Wook, imma madankollu xorta waħda kiseb it-tielet rebħa konsekuttiva biex temm l-ewwel fi Grupp H. Il-gowl tat-tim ta’ Marc Wilmots, bħaż-żewġ partiti preċedenti, reġa’ wasal fl-aħħar 20 minuta tal-logħba.
Il-Korea t’Isfel naqsu milli japprofittaw mill-vantaġġ numeriku hekk kif Defour sar id-disa’ plejer f’din it-Tazza tad-Dinja li tkeċċa. Sebgħa minnhom tkeċċew b’karta ħamra diretta u t-tnejn l-oħra wara t-tieni safra.
Iż-żagħżugħ ta’ Man United Adnan Januzaj beda mill-bidu imma kellu logħba ferm kwieta u kien mibdul ma’ Nacer Chadli ta’ Tottenham.
Il-Belġjani rnexxielhom b’xi mod jassorbu kull attakk tal-Koreani, speċjalment wara d-dħul ta’ Lee Keun-ho li ta ħajja ġdida lit-tim Asjatiku fit-tieni taqsima u mbagħad meta kellhom iċ-ċans ħarbu bil-kontra-attakk.
Fit-63 minuta Son Heun-min mar ferm viċin għall-Korea imma laqat il-lasta b’xutt bid-dawra u hekk kif il-Koreani bdew jemmnu fihom infushom wasal il-goal li qatagħlhom saqajhom u ta s-sitt rebħa konsekuttiva lill-Belġju.
Is-sostitut Divock Origi li għad għandu 19-il sena, u li kellu prestazzjoni tajba, fajjar xutt fil-baxx angolat li l-gowlkiper Kim Seung-gyu salva bla ma żamm imma Jan VERTONGHEN kien pront segwa l-azzjoni u xeħet fix-xibka.
Fil-ħin miżjud kien il-gowlkiper Courtois li ċaħħad lis-sostitut Lee keun-ho milli jiskorja l-gowl tad-draw bit-takkuna.
B’hekk il-Belġjani issa jiltaqgħu kontra l-Istati Uniti nhar it-Tlieta fl-10 p.m. għal post mal-aħħar tmienja.
//= $special ?>