Qorti

L-iSpeaker jirbaħ libel

Ġurnalist ta’ media link communications instab ħati ta’ libel fil-konfront ta’ li Speaker Anġlu Farrugia fuq artiklu li ġie pubblikat 14-il sena ilu. Il-ġurnalista Dione Borg kien ordnat iħallas €600 f’danni minħabba malafama.

Dione Borg u l-ex editor tal-ġurnal “In-Nazzjon” Joe Zahra instabu ħatja ta’ libell fuq storja li kienet ippubblikata fl-10 ta’ Awwissu tas-sena 2000. L-istorja kienet ibbażata fuq ittra anonima li l-ġurnal kien irċieva fejn din kienet tgħid li l-Avukat Anġlu Farrugia u dik li llum hija President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca kienu qegħdin jaħdmu biex ineħħu lil Alfred Sant, dak iż-żmien Mexxej tal-Partit Laburista.

L-Imħallef Lorraine Schembri Orland qalet fis-sentenza tagħha li Dione Borg qabeż il-linja u dan għaliex ma nvestigax il-kontenut tal-ittra, lanqas biss biex jistabilixxa jekk dak li kien qed jiġi allegat kienx minnu jew le.