Lokali

Laqgħa pubblika mill-Caritas

Self Harm fost iż-żgħażagħ hija t-tema li l-Caritas se jkunu qed jiddiskutu llum fil-Caritas Malta bejn is-6.30pm u 8pm.

X’inhuma s-sintomi li juru li ż-żgħażagħ huma mweġġa’ minn ġewwa u minn barra? Din hija waħda mill-mistoqsijiet li se jkunu trattati fil-laqgħa edukattiva ta’ llum. Iż-żgħożija hija żmien sabiħ fil-ħajja tal-persuna iżda ż-żgħożija ġġib ukoll bidliet kbar u emozzjonijiet psikoloġiċi ġodda li mhux dejjem wieħed ikun jiflaħ għalihom. X’qiegħed iwassal għal dan? Hu biss sintomu ta’ problemi akbar?

Waqt il-laqgħa ukoll tfajla ta’ tmintax-il sena se taqsam l-esperjenza li ġarbet ma’ dawk preżenti.

Il-laqgħa se tkun miftuħa mhux biss għall-pubbliku ġenerali u ħaddiema fil-qasam soċjali u edukattiv, imma fuq kollox għall-ġenituri li jixtiequ jifhmu aħjar dan il-fenomenu li tant qiegħed iweġġa’ liż-żgħażagħ tagħna.

Il-kelliema se tkun il-psikologa Rose Galea.

Id-dħul għal-laqgħa hu bla ħlas.