Leon Caruana ta’ 31 sena minn Birżebbuġa ġie mixli quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li fera b’mod ħafif raġel u li għamel ħsara fi propjeta’ private.
l-Ispettur Johann Fenech li mexxa l-Prosekuzzjoni qal fil-Qorti kif beda argument bejn Leon Caruana u ċertu Anthony Portelli, li huwa wkoll minn Birżebbuġa. Wara l-inċident, Caruana mar fid-dar tal-vittma, kissirlu l-ħġieġ u kkawżalu ħsara fil-bieb prinċipali tar-residenza tiegħu.
Caruana ġie mixli wkoll li hedded u ħebb għal Portelli, ħsara fir-residenza, dejjaq lil Portelli u lil Lisa van der Kaaden u kkawżalhom biża li tista’ tintuża kontrihom. Huwa ġie mixli wkoll li għamel ħsara fil-propjeta’ ta’ ċertu Paul Attard minn Ħal Safi.
Caruana li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjubin kontrih ingħata l-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ €2,000. Il-Qorti poġġiet ukoll lill-vittmi taħt ordni ta’ protezzjoni.
//= $special ?>