Knisja

Seba’ saċerdoti ġodda

Fi stqarrija ppubblikata mill-Kurja, tħabbar li l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona se jkun qed jordna seba’ saċerdoti ġodda.

Is-seba’ djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma Christian A. Borg, David Cortis, Luke Cutajar mill-Parroċċa tar-Rabat, Clinton Farrugia, Joseph Formosa, Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa, u Paul Mizzi mill-Parroċċa ta’ San Ġiljan.

Iċ-ċeremonja tal-ordinazzjoni se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta nhar it-Tlieta l-1 ta’ Lulju u tibda fis-6:30 ta’ filgħaxija.

Il-Kurja qalet li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni. Appellat ukoll għat-talb għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati nhar it-Tlieta.