Joseph Zammit ta’ 56 sena minn Ħal-Qormi ingħata sentenza sospiża għal sentejn wara li kien mixli li gideb taħt ġurament biex jipproteġi lil ibnu li kien jaħdem bħala Gwardjan Lokali.
F’Novembru tal-2010, Engelbert Zammit kien qed isuq karozza Skoda Favorit reġistrata fuq isem missieru, meta kien involut f’inċident li kien jinvolvi tliet karozzi. Il-ħabta seħħet fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Is-sewwieqa kienu imlew u ffirmaw il-formoli tal-bumper-to-bumper. Zammit, li fil-ħin tal-inċident kien liebes uniformi ta’ “Warden” niħżel id-dettalji ta’ missieru u anke ffirma f’ismu, minfloku.
Wara għadd ta’ attentati biex it-talba li kienet saret lill-kumpanija tal-assikurazzjoni falliet, il-Pulizija kienu mitluba biex jinvestgaw irriżulta li d-dettalji fuq il-formola ma kienux tar-raġel li kien qed isuq il-Favorit.
Sadanittant proċeduri ċivili kienu saru fil-Qorti u n-Nutar Alexandra Micallef ħa “affidavit” minn sid il-karozza Joseph Zammit fejn dan irrakkonta il-verżjoni tiegħu tal-fatti. Taħt ġurament ir-raġel qal li fil-ħin tal-inċident kien hu li kien qed isuq il-karozza, u ,mhux ibnu.
L-Ispettur Sarah Magri xliet lil Joseph Zammit li b’mod intenzjonali u meta kien jaf x’qed jagħmel gideb taħt ġurament. Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera sabet lil Joseph Zammit ħati u kkundanntu għal xahar ħabs sospiżi għal sentejn.
L-Avukat Difensur Jason Grima qal li huwa kien se jappell mis-sentenza. Iben Joseph Zammit, li fiż-żmien tal-inċident kien Gwardjan Lokali jinsab għaddej ukoll proċeduri separati fil-Qorti.
//= $special ?>

