Wara li aktar kmieni dan ix-xahar dan l-istazzjon żvela każ li fih nstabet id-droga ħaxixa fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Far, f’pakketti tas-sigaretti moħbija f’kalzetti, l-inċident reġa’ rrepeta ruħu fl-aħħar jiem.
Dan l-istazzjon huwa nfurmat li din id-darba kienu erba’ qratas tal-ħaxixa li nstabu, mill-ġdid fost bosta pakketti tas-sigaretti mobijin f’kalzetti.
Mill-ġdid ukoll jidher li dawn twasslu fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni minn immigranti fic-Centru Miftuh li jinstab ftit ‘il bogħod li fuq bażi regolari qed imorru mal-fence tac-Centru tad-Detenzjoni u jwaddbu l-kalzetti ‘l gewwa biex dawn jaslu għand sħabhom l-immigranti li jinsabu detenuti.
U għal darba darbtejn jidher li ntuża l-istess post identiku. B’hekk jidher li l-każ li rapporta dan l-istazzjon aktar kmieni dan ix-xahar ma serva għal xejn għaliex ma saret ebda ħidma sabiex tiġi mtejba is-sigurta’ fl-nħawi u dan minkejja t-tħassib qawwi li qed tqajjem is-sitwazzjoni. Iktar tard filgħaxija, il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali ħareg stqarrija li biha ikkonferma dan il-każ. Din hu t-tieni inċident f’din l-aħħar ġimgħa li l-Gvern żamm mistur u li kkonferma biss wara li kien żvelat minn dan l-istazzjon.
//= $special ?>