Is-sitwazzjoni fl-Iraq tibqa waħda mifnija bl-inċertezza hekk kif rapporti fil-media internazzjonali indikaw li l-armata tal-gvern ta’ Bagdad kienet ħadet lura l-kontroll tal-belt ta’ Tikrit minn idejn ir-ribelli tal-ISIS. Iżda din l-aħbar mhijiex waħda ċerta hekk kif rapporti oħra saħqu li filwaqt li fil-belt u l-madwar kien hemm ġlied kbir, iċ-ċentru tal-belt kienet għadha mhux taħt il-kontroll tal-armata.
L-istazzjon tal-istat Iraqiya TV madankollu qiegħed jinsisti li r-ribelli tal-ISIS kienu rtiraw fid-direzzjoni tal-Kirkuk u Nineveh. L-istess rapport indikaw li l-armata kienet bdiet l-operazzjoni militari kmieni dalgħodu u kienet avvanzat lejn il-belt, li tibqa’ mfakkra bħala belt twelid l-eks dittatur Saddam Hussein, minn erbgħa direzzjonijiet differenti. L-istess rapporti indikaw li mal-120 militant ġew maqtula filwaqt li aktar minn 20 vettura sfaw mkissra.
Intant fl-isfond tat-tensjoni l-militar Amerikan qed itajjar numru żgħir ta’ drones madwar Bagdad sabiex jiddefendi truppi u diplomatiċi Amerikani li jinsabu fil-belt kapitali Iraqina. Dan beda jsir wara li fl-aħħar jiem l-Istati Uniti bagħtet 180 suldat biex jgħinu lil gvern iwaqqaf l-avvanz ta’ militanti Sunni li ħadu f’idejhom partijiet kbar tal-Iraq.
//= $special ?>

