Internazzjonali Kultura Kurżitajiet Mużika

Imut il-leġġenda tal-mużika soul Bobby Womack

Tħabbret il-mewt tal-kompożitur u kantant leġġendarju tal-mużika soul Bobby Womack fl-eta ta’ 70 sena. Womack huwa l-awtur ta’ diversi kanzunetti fosthom It’s all over now kantanta mill-grupp The Rolling Stones u Looking for Love.

Il-karriera mużikali tiegħu rat il-bidu tagħha fis-snin ħamsin meta ingħaqad ma’ grupp gospel flimkien ma ħutu.

Għalkemm mhux uffiċjali jirriżulta li Womack setgħa miet kaġun tal-marda tal-kanċer u tal-Alzheimer li kien ibati biha jew mill-vizzju tad-droga.