Fl-aħħar jiem ġie mniedi l-ktieb “The Unione Cattolica San Giuseppe – Founder of APS Bank Ltd”- fejn għall-ewwel darba qed tinġabar l-istorja tal-Bank APS.
Dun Joe Brincat, is-segretarju attwali tal-Unione Cattolica San Giuseppe, fisser kif id-diversi mumenti storiċi tal-għaqda wasslu għal ħidma siewja fi ħdan is-soċjeta’ matul is-snin.
L-imħallef Emeritu Giovanni Bonello faħħar il-mod li bih inkiteb il-ktieb u l-ħidma metikoluża tal-awtur filwaqt li qasam ma’ dawk preżenti diversi fatti u ħsibijiet marbuta maż-żminijiet li matulhom l-Unione Cattolica San Giuseppe kienet għamlet il-pass li twaqqaf il-Cassa di Risparmio dell’Apostolato della Preghiera jew bl-ingliz – The Apostleship of Prayer Savings Bank.
L-awtur tal-ktieb, Joseph Grima, qal li dan il-ktieb se jlaqqa’ lill-qarrej ma’ dak li kien għaddej fi ħdan is-soċjeta’ Maltija tul iż-żminijiet.
L-Arċisqof Monsinjur Pawlu Cremona qal li l-bank APS baqa’ leali lejn l-istess valuri li fuqu kien mibni. B’dan il-mod, il-ħidma, imma aktar minn hekk, id-determinazzjoni tal-Unione Cattolica San Giuseppe, li jagħmlu mill-aħjar biex ikunu ta assistenza lill-komunita, baqgħu ħajjin sal-ġurnata tal-lum.
//= $special ?>